Friday, April 17, 2026

84 sena mill-għoti tal-George Cross

Aqra wkoll

Il-15 ta’ April hu jum sinifikanti għal gżejjer Maltin hekk kif fl-1942 kien ingħata l-George Cross li sal-lum għadu fuq il-bandiera Maltija.

84 sena ilu, fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, ir-Re Ġorġ VI tar-Renju Unit kien ta lil George Cross lil Malta.

Malta kienet ingħatat dan il-premju bħala turija ta’ apprezzament lejn il-poplu li minkejja kull tbatija u mwiet minħabba l-gwerra xorta baqa’ kuraġġuż u reżiljenti.

Malta kienet wieħed l-aktar pajjiżi li fih niżlu bombi fit-Tieni Gwerra Dinjija b’attakki kontinwi mit-Taljani u l-Ġermaniżi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport