Friday, April 19, 2024

AC Milan ineħħu wieħed mill-goalkeepers tagħhom

Aqra wkoll

Hekk kif il-goalkeeper Kolombjan, Devis Vazquez, ingħaqad ma’ AC Milan, il-goalkeeper l-ieħor Andreas Jungdal xtaq jiċċaqlaq sabiex ikollu aktar ċans jilgħab futbol kompetittiv.

Dan tal-aħħar għandu 20 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Daniża. Għalkemm ilu mar-Rossoneri sa mis-sena 2021, qatt ma kellu ċ-ċans li jiddebutta magħhom u kien għalhekk li talab li jmur b’self ma’ xi tim ieħor.

Huwa għalhekk li hu se jilgħab ma’ Altach, tim Awstrijak li għandhom lil Miroslav Klose bħala kowċ.

Sport