Wednesday, July 24, 2024

AFCON: L-Eġittu jgħaddu iżda Mohamed Salah ikollu jistenna

Aqra wkoll

L-Eġittu kkwalifikaw għall-Aħħar 16 tat-Tazza Afrikana meta spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Cape Verde filwaqt li Mozambique u Ghana temmew bl-istess skor u għaldaqstant punt kien biżżejjed. 

Iżda l-attakkant, Mohamed Salah, se jkollu jistenna r-ritorn tiegħu fl-azzjoni minħabba li qed jirkupra minn injury fil-hamstring li sofra fid-draw ta’ 2-2 kontra Ghana.

Din l-injury hija aktar gravi milli kien mistenni u għaldaqstant jekk l-Eġittu jibqgħu javvanzaw, forsi huwa jkun jista’ jilgħab fis-semi-finali. 

Il-club ta’ Liverpool qed jitolbu lill-FA Eġizzjana biex jirritorna fil-belt Ingliża biex ikompli r-rijabiltazzjoni tiegħu. 

Ekonomija

Sport