Friday, July 26, 2024

Razziżmu: Partitarju ta’ Udinese sospiż għal għomru

Aqra wkoll

Partitarju ta’ Udinese ġie sospiż għal għomru b’effett immedjat wara li ġie identifikat b’abbuż razzjali lejn il-goalkeeper ta’ AC Milan Mike Maignan.

Il-logħob ġie sospiż għal perjodu qasir fil-partita tas-Serie A, fir-rebħa ta’ 3-2 ta’ Milan, tal-20 ta’ Jannar, hekk kif Maignan u sħabu ħallew il-ground wara li avżaw lir-referee dwar l-imsemmi abbuż.

L-individwu nstab mill-istaff u mill-pulizija billi użaw kameras tas-sigurtà, b’Udinese jgħidu li qed jaħdmu biex jidentifikaw aktar partitarji delinkwenti.

“Aħna nemmnu li miżuri b’saħħithom bħal dawn huma meħtieġa biex jintbagħat messaġġ ċar li r-razziżmu m’għandux post fil-football jew fis-soċjetà,” qal il-club fi stqarrija.

“Nirringrazzjaw lill-awtoritajiet tal-kooperazzjoni tagħhom u flimkien inkomplu naħdmu bla heda sabiex nidentifikaw u nikkastigaw individwi oħra li kienu involuti f’dan l-inċident u li jħammeġ l-etika sportiva tal-club, ir-reġjun, il-belt ta’ Udine u l-club tal-partitarji li dejjem kien mudell ta’ integrazzjoni u rispett.

“Irridu niżguraw li l-istadium tagħna jibqa’ spazju fejn kulħadd, irrispettivament mill-etniċità, l-isfond, il-kultura, u l-lingwa tiegħu jkun jista’ jgawdi l-logħba sabiħa mingħajr biża’ ta’ diskriminazzjoni.”

Ekonomija

Sport