9.40 p.m- Id-Difiża għamlet talba sabiex tiġi nullita tal-proċeduri kollha minħabba “żball u għaġla tal-prosekuzzjoni.” Kien hawn, fejn is-seduta ġiet sospiża mill-ġdid.
9:00 p.m- Repetutament, il-Qorti għal darb’ oħra għamiltha ċara li mhux se twaqqaf is-seduta sakemm jispiċċa kollox. Infatti għal darb oħra s-seduta reġgħet sospiża
8:25 p.m-Il-Maġistrat Caruana jordna li jsir l-eżami tal-kumpanija imsemmija mingħajr rappreżentant, bl-avukati diifensuri tal-istess kumpanija jagħmlu talba lill-Prosekuzzjoni sabiex tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha fid-dawl li kumpanija mhijiex korp magħqud.
B’reazzjoni għal dan, min-naħat tagħha, il-Prosekuzzjoni iddikjarat li din mhix se tirtira l-akkużi kon li mhijiex se tirtira l-akkużi kontra DF Advocates.
8:18 p.m– Id-Difiża qed targumenta fir-rigward ta’ kumpanija li tressqet, hekk kif ma hemm ħadd li jista’ jirrispondi għaliha. B’rabta ma’ dan, huma talbu lill-Prosekuzzjoni sabiex tiddikjara fuq liema bażi legali għażlu li jakkużaw lil din l-istess kumpanija
7:48 p.m– Għadu kif beda l-eżami tal-imputati, fejn il-Maġistrat Leonard Caruana fakkar fid-drittijiet tagħhom. Kien hawn fejn Chris Fearne u Edward Scicluna wieġbu mhux ħatјa għall-akkużi miġјuba kontrihom.
7:30 p.m– F’dan il-ħin hawn argument, hekk kif id-Difiża qed јargumentaw dwar jekk għandhomx јistaqsu x’kienu il-konklużјoniјiet li wasslu biex ħarġu l-akkużi
7:15 p.m– Il-Qorti staqsiet lill-Ispettur Raymond Borg jekk sarx rapport tal-pulizija għal dan il-każ, bl-Ispettur Borg iwieġeb li ma sar ebda rapport.
6:45 p.m– L-Avukati Difensuri jargumentaw sabiex qabel ikun hemm l-eżami tal-imputati, jiġi ppreżentat r-rapport tal-Pulizija dwar il-każ.
6:30 p.m –Is-seduta reġgħet bdiet hekk kif kienet ilha sospiża mis-6:00 p.m. Il-Qorti tiċħad mill-ġdid it-talba tad-difiża biex isir kontro eżami.
6:00 p.m- Id-Difiża għadha targumenta li għandhom d-dritt sabiex jagħmlu l-kontroeżami tal-uffiċjali tal-prosekuzzjoni, sabiex issir l-identifikazzjoni dwar x’sar matul l-investigazzjoni.
5:45 p.m- L-avukati difensuri qed jisħqu li d-Difiża se tkompli tiġġieled biex issir taf għaliex saru dawn l-akkużi u kif waslu għalihom
5:30 p.m- L-avukat Stefano Filletti jitlob lill-Prosekuzzjoni, sabiex din tispjega kif waslet għall-konklużjoni tagħha li takkuża lill-persuni in kwistjoni u kif iddeterminat l-ammonti ta’ flejjes li ġew iffriżati.
Min-naħa tiegħu l-avukat Franco Debono saħaq li jekk ma jitħalliex jagħmel dan il-kontroeżami, se jerġgħu jinkisru d-drittijiet tal-klijenti tiegħu.
5:15 p.m- L-akkużati intalbu sabiex iqumu bilwieqfa, bid-Difiża tagħmel talba għall-kontroeżami. Kine hawn fejn il-maġistrat Caruana saqsa il-għala u kif jista’ jsir dan jekk għadu ma sarx eżami.
4.54 p.m- L-Eks Deputat Prim Ministru Chris Fearne ta’ 61 sena u l-eks Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ta’ 77 sena jinsabu akkużati b’qerq ta’ aktar minn €5,000 b’dannu għal gvern u disappropjazzjoni.
4.50 p.m- Wara sitt sigħat, qed jibdew jinqraw l-akkużi.
4:07 p.m- Tkompli s-seduta hekk kif il-Maġistrat Leonard Caruana irritorna fl-Awla. Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-avukati difensuri u għalhekk se jinqraw l-akkużi taħt ġurament.
L-Avukati Difensuri b’talba sabiex jingħataw kopja tad-digriet mogħti mill-Maġistrat, fl-istess waqt li jinqara fl-awla.
2:30 p.m- Id-Difiża talbet formalment lill-Qorti sabiex ma jinqrawx l-imputazzjonijiet fil-konfront tal-akkużati u b’hekk siegħa oħra se tingħata d-deċiżjoni mill-Maġistrat.
1:39 p.m – L-Avukat Demarco taqbel ma’ dak li qalu l-avukati difensuri, sabiex f’dan l-istadju ma jinqrawx l-akkuż tal-klijent tagħha, minħabba li għadhom ma rawx l-evidenza.
B’reazzjoni għal dak illi qalet id-Difiża, il-Prosekuzzjoni spjegat li fl-ebda stadju ma kisret id-drittijiet fundamentali ta’ xi imputat u din dejjem imxiet ma dak li tobbligaha l-liġi.
1:30 p.m- L-Avukati Difensuri għadhom qed jiverbalizzaw fuq l-argument li d-difiża tgħid li kollha għadha ma ratx l-evidenzi kollha li ħarġet mill-Inkjesta u għalhekk saret talba biex l-akkużi ma jinqrawx illum.
1:17 p.m- L-avukat Debono jisħaq li l-akkużati allegatament ma ngħatawx iċ-ċans li jispjegaw ruħhom. Hawnhekk stajna ninnutaw li kienet qed tinħoloq kommossjoni żgħira. Dan hekk kif l-avukat tal-AĠ pprova jitkellem u l-avukat Franco Debono argumenta li l-avukat tal-AĠ kien qed jinterrompih.
12:50 p.m- Id-Difiża ikomplu jargumentaw li hemm bosta irregolaritajiet fil-każ, bl-avukat Refalo jipprova jitkellem iżda l-avukat Debono u l-Maġistrat iwiddbuh biex ma jinterrompix. Debono jkompli jitkellem iżda l-Maġistrat javżah li diġà talbu jitkellem fil-qosor, billi qallu; “Targumentax mal-Qorti,”. Il-Maġistrat jirrimarka li għadhom lanqas inqraw l-akkużi u sar l-eżami tal-akkużati.
12:42 p.m – Tkompli s-seduta.Id-Difiża tiddikjara li kellha biżżejjed ħin biex tifli l-akkużi. L-avukat Franco Debono jgħid li d-Difiża għandha xi osservazzjonijiet x’tagħmel. Dan filwaqt li l-prosekuzzjoni żiedet xi ħaġa f’paġna 9 tal-lista tal-akkużi.
12:18 p.m – Fid-dawl ta’ dan id-digriet, id-Difiża talbet żmien sabiex tkun tista’ tqabbel l-imputazzjonijiet issa sostitwiti ma’ dawk datati 6 ta’ Mejju 2024. Il-Prosekuzzjoni ma sabitx oġġezzjoni għal dan, bil-Qorti tilqa’ t-talba u tikkonċedi 20 minuta sabiex tqabbel l-imputazzjonijiet hekk sostitwiti.
12:07 p.m – Min-naħa tagħha il-Prosekuzzjoni qalet li l-mertu tal-kawża u l-akkużati baqgħu l-istess. Għalhekk talbet li tiġi sostitwita c-charge sheet dadata 6 ta’ Mejju ma’ dik li ġie ċċirkolata llum lilll-Avukati.
Il-Qorti wara li semgħet bir-reqqa is-sottomissjonijiet kemm tal-Prosekuzzjoni kif ukoll tal-Avukati Difensuri kollha ħlief għal dawk li qed jidhru għal Dr. Christopher Fearne, Prof. Edward Scicluna u Dr. Aaron Mifsud Bonnici billi ma opponewx għat-talba, qalet li l-liġi jippermetti s-sostituzzjonijiet ta’ xi att.
Il-Qorti qalet li dak li qed titlob il-Prosekuzzjoni mhumiex qegħdin jiġu imnedija proċeduri ġodda iżdfa sostitwt l-att tal-imputazzjonijiet. Għaldaqstant, il-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzzjoni u tordna s-sostituzzzjoni tal-att tal-imputazzjonijiet
11:50 a.m. – Id-Difiża saħqet li l-Att ta’ ċitazzjoni ġdid li għadu kif ġie ċċirkolat mal-Avukati Difensuri, ma ġiex reġistrat fir-Reġistru kif is-soltu jsir, filwaqt li fejn saru xi bidliet fuq l-att ta’ ċitazzjoni preċedenti, l-akkużati qed jiġu notifikati b’dawn l-akkużi l-ġodda f’din is-seduta.
11:38 a.m. Il-Maġistrat Caruana jgħid li l-akkużi jridu jiġu ppreżentati formalment quddiem il-Qorti, bl-avukat difensur Franco Debono jargumenta li dan għandu jsir fir-Reġistru tal-Qorti Kriminali minħabba li din hija lista ġdida tal-akkużi
11.20 a.m. – Qam argument fl-awla minħabba akkużi ġodda li nħarġu fil-konfront ta’ kumpanija. L-ewwel tqassmu dawn l-akkużi lill- avukati difensuri pero’ imbagħad kienu mitluba biex jirritornawhom lura.
Kien hawn fejn oġġezzjonaw minħabba li dawn l-akkużi nħarġu ftit tal-minuti qabel jinqraw l-akkużi. Id-Difiża qalet li tixtieq ftit żmien biex tara x’inbidel f’dawn l-akkużi.
11.14 a.m. – Jidħol il-Maġistrat Leonard Caruana. Infroma lill-avukati li mhux se jippermetti għajjat u li jkun hemm xi individwi li jitkellmu fuq xulxin. Dan filwaqt, li appella li ritratti u filmatii mhumiex permessibbli.
Il-Prosekuzzjoni se tkun qegħda titmexxa mill-Ispetturi Wayne Rodney Borg u Hubert Cini, bl-għajnuna tal-avukati Francesco Refalo, Shelby Aquilina u Rebekah Spiteri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
Edward Scicluna u Dr Chris Fearne huma assistiti mill-Avukat Stephen Tonna Lowell. Dan flwaqt li l-imputati l-oħra, qed jidhru assistit mill-avukati Ezekiel Psaila, Jonathan Thompson, Joseph Mizzi, Franco Debono, Stefano Filletti, Maurice Meli, Michael Sciriha, Charles Mercieca, Steven Tonna Lowell, Giannella De Marco u Arthur Azzopardi, u Marion Camilleri.
11.03 a.m. – Chris Fearne: “Bħala Ministru dejjem aġixxejt b’mod korrett”
L-eks Ministru Chris Fearne qabel ma daħal fil-bini tal-Qorti f’kummenti li ta lill-midja qal li meta kien fil-kariga ta’ Ministru dejjem aġixxa b’mod korret u “llum se nkun qiegħed jiddefendi l-integrita tiegħi.”
Sostna li kull meta ħa xi deċiżjoni dejjem ħadha favur il-pazjent u l-pajjiż tant illi “meta dan l-aħħar ħassejt li fl-aħjar interess tal-pajjiż kellu nwarrab minn Deptat Prim Ministru u Ministru ma qatdx naħsibha”.
Qal li kien hu fl-2016 fejn talab lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga dan il-kuntratt tal-Isptarijiet.
10:36 a.m. – Prof. Edward Scicluna fost l-ewwel li jaslu l-Qorti
Ninsabu fl-Awla 22 fejn għall-ħabta tal-11.00am se tkun qiegħda tibda seduta fejn fost l-oħra hemm żewġ eks Ministri li se jaffaċjaw akkużi kriminali.
S’issa wasal l-eks Ministru Edward Scicluna flimkien mal-avukat Aaron Mifsud Bonniċi. Fil-bini tal-Qorti waslet ukoll l-eks konsulenta ta’ a’ Vitals, Deborah Anne Chappell, li tinsab akkużata li ffalsifikat dokumenti.
Fil-bini tal-Qorti waslu wkoll l-eks Segretarju Permanenti għall-Ministru tal-Finanzi Alfred Camilleriu eks Segretarju Permanenti għall-Ministeru tas-Saħħa Joseph Rapa
9.23 a.m. – : Illum se jitressqu l-Qorti Chris Fearne u Edward Scicluna fost persuni oħrajn
Għall-ħabta tal-11.00am mistennija li jitressqu l-Qorti b’ċitazzjoni Chris Fearne u Eduward Scicluna. Huma se jitressqu b’rabta mal-inkjesta Bitals.
L-eks Ministri se jkunu fost 14-il persuna oħra u anke żewġ kumpaniji u ditta legali li kollha se jiġu akkużati li wettqu frodi, liema fordi ma jaqbiżx il-€5,000.
Fost dawk li se jitressqu l-Qorti fil-ħin li ġej hemm l-eks segretarji permanenti Alfred Camilleri u Joe Rapa, is-segretarju permanenti Ronald Mizzi u l-membri tal-bord ta’ aġġudikazzjoni James Camenzuli, Manuel Castagna u Robert Borg.
Se jitressqu wkoll ħames avukati Kevin Deguara, Jean Carl Farrugia, Aron Mifsud Bonnici, Deborah Anne Chappell u Bradley Gatt – u l-eks kontrollur finanzjarju, Kenneth Deguara.
Dan is-sit se jkun qiegħed jaġġorna b’mod kontinwu.