Friday, April 26, 2024

AĠĠORNAT: Ħaddiem isofri ġrieħi serji wara li ħa xokk waqt li kien qed jaħdem f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena minn Ħal Luqa qed isofri minn ġrieħi serji wara li għall-ħabta tal-11:00  a.m. kien involut f’inċident waqt li kien għaddej b’xi xogħlijiet f’maħżen fi Triq l-Iskultur, f’Ħal Qormi  

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ħa xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuq sellum li kien fuqu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.

Sport