Tuesday, May 14, 2024

AĠĠORNATA: Is-sitwazzjoni f’Monte Carmeli kontrollata

Aqra wkoll

Kelliem għall-pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li s-sitwazzjoni f’Monte Carmeli ġiet kontrollata f’qasir żmien.

Jidher li fortunatament ħadd ma ndarab f’dan il-każ.

1:15:p.m: Tinstema’ splużjoni f’Monte Carmeli

Dan is-sit jinsab infurmat li ftit tal-ħin ilu għall-ħabta tas-1:00 p.m instemgħet splużjoni fl-Isptar Monte Carmeli.

Fil-post issejħu minnufih uffiċjali tal-Pulizija, dawk mit-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

S’issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm persuni li ndarbu. Madanakollu skont l-ewwel informazzjoni jidher li l-kmamar fiż-żona jidher li kienu battala.

Aktar informazzjoni dalwaqt…

Sport