Fi stqarrija maħruġa, il-Pulizija kkonfermat li dan ir-raġel m’għadux imfittex mill-Pulizija u għaldaqstant irringrazzjat lill-pubbliku għal kull għajnuna tiegħu biex jinstab.
15 ta’ Diċembru: Raġel imfittex biex jitressaq il-qorti
Il-Pulizija qed tfittex lil Karam Ben Arus, sabiex jitressaq il-qorti.
Fi stqarrija hija qalet biex kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger jew fuq il-linji 21224001 / 119 u jiġi kwotat in-numru 8/2021.