Sunday, October 18, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Manchester United miżmuma minn Leeds United

Premier League Ingliż: Manchester United miżmuma minn Leeds United

0
48

Manchester United kellhom jikkuntentaw  bi draw ta’ 1-1 kontra Leeds United f’konfront intens tal-Premier League li ntlagħab f’Elland Road.

Bryan Mbeumo poġġa lil Manchester United fil-vantaġġ fil-35 minuta, meta kkonkluda mill-viċin wara cross fil-baxx ta’ Youri Tielemans. Madankollu, Leeds wieġbu b’mod pożittiv wara l-mistrieħ u Dominic Calvert-Lewin kiseb id-draw fil-51 minuta, meta skorja minn azzjoni ta’ corner.

Leeds komplew ifittxu l-goal tar-rebħa u fit-tieni taqsima poġġew lir-Red Devils taħt pressjoni konsiderevoli. Minkejja dan, Manchester United irnexxielhom jiddefendu r-riżultat u rnexxielhom jiksbu punt.

Dan ir-riżultat kompla jżid il-pressjoni fuq il-coach ta’ Manchester United, Michael Carrick.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here