Sunday, October 18, 2026
Home Sport Serie A: Como jiksbu rebħa importanti għand Fiorentina

Serie A: Como jiksbu rebħa importanti għand Fiorentina

0
52

Fis-Serie A, Como kisbu rebħa impressjonanti ta’ 3-1 barra minn darhom kontra Fiorentina biex ħadu t-tliet punti importanti.

Mattia Liberali fetaħ l-iskor għal Como fit-33 minuta, qabel ma Nico Paz irdoppja l-vantaġġ tliet minuti wara. Fiorentina naqqsu d-distakk permezz ta’ Marin Pongracic fit-42 minuta biex daħlu jistrieħu b’goal biss minn taħt.

Madankollu, Como reġgħu kabbru l-vantaġġ tagħhom fit-57 minuta meta Anastasios Douvikas approfitta minn assist tajjeb ta’ Nico Paz biex għamilhom 3-1. Minkejja t-tentattivi ta’ Fiorentina biex jerġgħu jidħlu fil-logħba, Como kkontrollaw il-konfront sal-aħħar u ħarġu rebbieħa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here