Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNATA: Identifikata l-mara li tilfet ħajjitha fir-Rabat

Aqra wkoll

Hija Cristi Robles l-mara Kolumbjana li tilfet ħajjitha tard ilbieraħ filgħaxija b’inċident bil-mutur fir-Rabat.

Robles kienet qiegħda ma’ ħabiba tagħha fir-Rabat stess u kienet l-istess ħabiba li offritilha li twassala lura lejn id-dar. Fil-fatt kien f’dan il-ħin li l-ħabiba li kienet qiegħda ssuq il-mutur tilfet il-kontroll u ħabtet ma’ arblu.

Aktar kmieni: Kolombjana tmut u oħra fil-periklu tal-mewt wara li ħabtu ma’ arblu fir-Rabat

Mara ta’ 33 sena mill-Kolombja u residenti l-Imtarfa, tard ilbieraħ filgħaxija tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku b’mutur.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.45pm, fi Triq it-Tabija, ir-Rabat. Malli l-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident, minnufih marret fuq il-post, fejn sabet mutur Honda mixħut mal-art u żewġ tfajliet bi ġrieħi serji fit-triq. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li s-sewwieq tal-mutur, mara ta’ 31 sena mill-Kolombja u residenti Wied il-Għajn, tilfet il-kontroll u ħabtet f’arblu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, fejn ambulanza ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater

Dei għall-kura filwaqt li l-passiġġiera, sfortunatament, ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Aktar tard, is-sewwieq ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.

Bl-inċident ġie infurmat il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D li fetaħ inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Aktar kmieni: Mara titlef ħajjitha f’inċident bil-mutur fir-Rabat Malta

Mara tilfet ħajjitha wara li għall-ħabta tal-11.30pm kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Tabija fir-Rabat Malta.

Mill-ewwel informazzjoni li kiserb dan is-sit jidher li ż-żewġ nisa kienu fuq mutur meta għal xi raġuni s-sewwieqha tilfet il-kontroll u ħabtet f’arblu fl-imsemmija triq.

Fil-post isejjaħ minnufih tim mediku biex jagħti l-ewwel assistenza, iżda sfortunatament waħda min-nies ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post filwaqt li t-tieni mara ttieħed b’urġenza lejn l-Isptar Mater Dei fejn jidher li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw il-każ.

Ekonomija

Sport