Friday, May 3, 2024

AĠĠORNATA: Issofri ġrieħi serji wara li ttajret minn karozza tal-linja f’Tas-Sliema

Madanakollu dan ma jeskludix il-fatt li l-mara għadha fil-periklu li titlef ħajjitha kawża ta' dan l-inċident

Aqra wkoll

Mara ddaħħlet l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta ta’ nofsinhar kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-mara ntlaqtet minn karozza tal-linja fuq ir-rotta 13A. Dan is-sit jinsab infurmat li mara Filippina ta’ 26 sena residenti l-Fgura kien għadha kemm niżlet minn karozza tal-linja. Il-mara jidher li kompliet fi triqitha biex taqsam it-triq meta ntlaqtet minn karozza tal-linja oħra; misjuqa minn raġel Filippin ta’ 51 sena residenti l-Ħamrun, li kienet qiegħda tinstaq b’veloċità relattivament baxxa fid-direzzjoni lejn Pembroke.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lill-mara sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport