Tuesday, April 30, 2024

Arsenal iridu jieħdu lura lil Serge Gnabry mingħand Bayern Munich

Aqra wkoll

Arsenal huma ħerqana li jġibu lura fll-club lill-attakkant ta’ Bayern Munich, Serge Gnabry.

Gnabry inizjalment ingħaqad ma’ Arsenal mingħand Stuttgart fl-2011 iżda naqas milli jsir regolari tal-ewwel team għall-club, u għamel biss 18-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha qabel ingħaqad ma’ Werder Bremen.

Bayern imbagħad iffirmaw lill-player internazzjonali Ġermaniż fl-2017, u minn dakinhar għamel 171 dehra għaċ-champions tal-Bundesliga, fejn skorja 64 goal u rreġistra 40 assist fil-proċess.

Sport