Wednesday, April 24, 2024

AĠĠORNATA: It-tifla ssofri ġrieħi gravi wara li ttajret minn vettura f’Birkirkara

Aqra wkoll

Tifla ddaħlet l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:00 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm f’Birkirkara.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tifla ta’ 13-il sena mis-Slovakkja u residenti San Ġwann, ittajret minn vann tal-għamla Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Attard.

Fil-post issejħu ambulanza u tim mediku li assistew lit-tifla sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar osservazzjoni medika. 

Aktar tard irriżulta li t-tifla sofriet minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport