Tuesday, April 30, 2024

Konferenza li wittiet it-triq għal riforma Ewropea

Aqra wkoll

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa laħqet suċċess demokratiku reali bi proposti ambizzjużi u wittiet it-triq għar-riforma Ewropea. Fl-aħħar, il-membri tal-Konferenza ġabru flimkien 325 rakkomandazzjoni – miġbura f’49 proposta – għal kif tiġi riformata l-UE.

Il-President Franċiż li bħalissa wkoll huwa l-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Emmanuel Macron, u l-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, ħarġu stqarrijiet qawwija għal Konvenzjoni Ewropea ġdida, filwaqt li l-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen, appellat għall-istituzzjonalizzazzjoni tal-assembleji taċ-ċittadini fil-livell tal-UE. 

Minkejja l-isfidi, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ħolqot domanda li ma kinitx antiċipata u wkoll momentum politiku għal bidla fundamentali fit-trattati. Dan jinkludi aktar demokrazija diretta, it-tneħħija tal-unanimità fil-Kunsill u l-introduzzjoni tad-dritt ta’ inizjattiva għall-Parlament Ewropew. 

Dan ikompli jibni fuq dak li fl-4 ta’ Mejju l-Parlament Ewropew ħa vot storiku biex jinvoka l-Artikolu 48 tat-Trattat ta’ Lisbona, li jippermetti lill-Unjoni Ewropea tibdel it-trattati permezz ta’ Konvenzjoni Ewropea ġdida.

Konvenzjoni Ewropea tippreżenta kapitolu ġdid għall-Programm Ewropew ta’ Democracy International jekk din tiġi approvata b’maġġoranza sempliċi fil-Kunsill Ewropew. Bosta huma fiduċjużi li l-kampanja li jmiss se tkun hands-on-deck biex jiġi żgurat li Konvenzjoni demokratika, inklużiva u responsabbli, in-nies jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet!

Sport