Friday, May 3, 2024

AĠĠORNATA: Iweġġa’ gravi s-sewwieq li nqaleb bil-karozza fl-iSkate Park

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ karozza jgħoddha b’waħda wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli fl-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 29 sena residenti l-Ħamrun għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni ntalbu biex jassistu lis-sewwieq biex seta’ jinħareġ mill-karozza wara li nqaleb bil-karozza għal ġo l-iSkate Park.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna sakemm aktar tard huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Għal xi ħin inħolqot kommossjoni minħabba l-fatt li f’dawk il-ħinijiet normalment ikun hemm diversi dilettanti ta’ dan l-isport.

Sport