Friday, May 3, 2024

It-tieni edizzjoni taż-Żabbar Halloween Lantern Festival

Attività għall-familja kollha f'Ħaż-Żabbar is-Sibt li ġej

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt 29 t’Ottubru, diversi sqaqien ġewwa ż-żona tal-Biċċieni f’Ħaż-Żabbar se jkunu qed jieħdu xeħta differenti, hekk kif MMG Promotions se tkun qed torganizza t-tieni edizzjoni ta’ Żabbar Halloween Lantern Festival. 

Din l-attività se tkun komposta minn attivitajiet varji għall-familja kollha, fejn fost l-oħrajn se jkun hemm diversi logħob għat-tfal, attivitajiet fl-isqaqien, ċinema li turi diversi filmati u films għal etajiet varji, kif wkoll divertiment kontinwu għal dawk kollha li jattendu. Apparti dawn l-attivitajiet, l-isqaq prinċipali se jkun qed jissaqqaf b’diversi fanali ta’ lwien differenti, li żgur se jkun qed joħloq atmosfera unika f’din iż-żona. 

Din l-attività, li qed issir b’kollaborazzjoni ma’ Visit Malta u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar, se tkun qed tibda mis-6 ‘l quddiem. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur https://www.facebook.com/mmgpromotionszabbar .

Sport