Saturday, May 18, 2024

Il-Ġermanja tipprepara li tillegalizza l-mariwana rikreattiva

Aqra wkoll

Il-gvern ta’ koalizzjoni Ġermaniż qabel dwar pjan li jillegalizza l-kannabis għal użu rikreazzjonali fost l-adulti. B’dan il-pjan, pussess sa 30g ta’ kannabis għal użu personali se tkun permess, u ħwienet liċenzjati u spiżeriji se jkunu permessi li jbigħuha. Il-pjan tal-Ġermanja jippermetti wkoll li kull individwu jista’ jkabbar sa tliet pjanti.

Dan il-plan għadu jrid jiġi apporvat mill-parlament tal-pajjiż kif ukoll jirċievi l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Ministru tas-Saħ­ħa Ġermaniż Karl Lauterbach qal li qiegħed ikun ikkalkulat li dan jidħol fis-seħħ fis-sena 2024. 

Fl-Unjoni Ewropea kollha Malta biss illegalizzat l-kannabis għal użu rikreazzjonali. Fl-Olanda l-bejgħ ta’ kannabis jista’ jsir fi kwantitajiet żgħar minn ħwienet tal-kafè.  

Meta kien qiegħed jippreżenta dan il-pjan – li huwa parti mill-manifest tal-koalizzjoni – Lauterbach qal li din id-dekriminalizzazzjoni se tgħin biex tipproteġi s-saħħa tal-popolazzjoni żagħżugħa u dan hekk kif l-evidenza turi li l-projbizzjoni tal-kannabis “ma kellha l-ebda suċċess” fis-snin riċenti. Huwa tenna li f’dawn l-aħħar snin il-konsum tal-kannabis żdied sewwa, kif ukoll żdied sostanzjalment il-konsum tad-droga fost l-adulti.  Għalhekk Lauterbach qal li “aħna rridu nirregolarizzaw is-suq”. Huwa żied jgħid li l-gvern huwa lest li jikkunsidra l-possibbiltà ta’ restrizzjonijiet dwar is-saħħa tal-prodott li jkun mibjugħ lil persuni taħt il-21 sena. 

Sport