Wednesday, March 27, 2024

“Aħna l-aktar f’riskju imma mhux se naqtgħu qalbna li negħlbu dan il-virus … se nibqgħu hemm għalikom”

Aqra wkoll

Il-biża’ jew aħjar tħassib dwar kif wieħed jista’ jippreveni mill-coronavirus hija xi ħaġa li tinsab madwar id-dinja kollha.

F’messaġġ ta’ kuraġġ mill-paġna ta’ Facebook ’Nurses Inspire Nurses Worldwide’ intqal li minkejja li ħafna mill-attivitajiet f’diversi pajjiżi jinsabu weqfin, żgur ma jistax jingħad l-istess għall-isptarijiet imxerrdin madwar id-dinja.

L-għan ta’ dan il-grupp hu li l-infermiera jwasslu messaġġi ta’ kuraġġ lil infermiera oħra u lill-pubbliku li jsegwihom. Fil-kitba tagħhom huwa qalu li minkejja li ħafna nies qed jibżgħu iħarsu lejn xulxin aħseb u ara jagħmlu kuntatt, fl-isptarijiet għad hemm nies bħalhom li se jibqgħu jagħtu l-massimu biex tingħeleb din il-pandemija.

“Aħna xorta se nibqgħu nagħmlu kuntatt mal-pazjenti biex niċċekjawlhom il-polz u neżaminawhom … b’dan il-ħsieb tad-dover tagħna f’moħħna lanqas m’aħna se noqogħdu tliet metri bogħod mill-pazjenti tagħna”.

Huma temmew jgħidu li minkejja li huma l-aktar komunità ta’ persuni li jinsabu fl-akbar riskju, KBURIN li mhux se jaqtgħu qalbhom għax “flimkien nistgħu negħlbu dan il-virus”.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport