Saturday, May 4, 2024

“Aħseb ftit … il-biki wara ma jsewwi xejn … ħajtek u ta’ ħaddieħor imprezzabbli … ħu ħsiebhom!”

… Appelli kontinwi ftit sigħat mill-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Aħseb ftit għax il-biki wara ma jsewwi xejn. Hawn min lanqas ċans jibki xortih ma tagħtih il-ħajja. Il-ħajja l-iktar rigal imprezzabbli, ejja ma nirrovinawx kollox minħabba nuqqas ta’ ħsieb”. Dan huwa wieħed mill-ħafna appelli li qegħdin ikomplu jiċċirkolaw fil-midja soċjali hekk kif iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied waslu biex jilħqu l-qofol tagħhom.

Dan is-sit, preżenti fuq ħafna mill-inċidenti tat-traffiku matul is-sena rapporta min jaf kemm il-inċident, b’numru minnhom sfortunatament ikunu fatali fejn l-agħar mument ikun il-wasla ta’ dawk l-aktar għeżież tal-vittma li jiġu u jinfixlu f’sentimenti mħallta ta’ rabja u dieqa għax jiġu konxji li ma kellhomx l-opportunità li jsellmu lil xulxin.

Nieħdu l-opportunità biex bħala Talk.mt nsellmu lil dawk il-ħaddiema kollha fil-Korp tal-Pulizija, fl-Isptar Mater Dei, membri tal-Protezzjoni Ċivili, u uffiċjali oħra li llejla u matul dawn il-jiem ta’ festi se jibqgħu preżenti biex jagħtu servizz.

Minn naħa l-oħra nkomplu nxerrdu l-appell tagħhom. Wieħed mill-Emergency Responders li tkellem magħna qalilna li huma wara kollox umani u l-agħar ħaġa li jista’ jiġrilhom f’dawn il-ġranet hija, li mhux biss ikunu ’l bogħod mill-familja tagħhom biex jagħtu servizz lil ħaddieħor, iżda li dawn jiġu jaqgħu u jqumu u b’nuqqas ta’ ħsieb jibdlu x-xena tal-Bambin fil-maxtura f’waħda ta’ kaos f’xena mdemmija f’waħda mit-toroq tagħna. 

Sport