Wednesday, November 4, 2026
Home Sport AiMS f’SiGMA World 2026 f’Ruma

AiMS f’SiGMA World 2026 f’Ruma

0
52

Kevin Azzopardi, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti (AiMS), ħa sehem f’diskussjoni waqt il-workshop tal-ftuħ ta’ SiGMA World 2026, li qed isir f’Ruma.

Il-workshop, immexxi mill-International Betting Integrity Association (IBIA) u bit-titlu “Beyond the Alert: Betting Intelligence and the Investigation Process”, esplora kif twissijiet dwar l-imħatri u informazzjoni miġbura mill-operaturi tal-imħatri jistgħu jgħinu lill-investigaturi jidentifikaw każijiet potenzjali ta’ match-fixing u jsegwu ħjiel rilevanti.

Id-diskussjoni enfasizzat l-importanza tal-kollaborazzjoni bejn l-operaturi tal-imħatri, l-organizzazzjonijiet sportivi, ir-regolaturi u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi matul il-proċess kollu tal-investigazzjoni.

Is-sessjoni tmexxiet minn Antonio Abdilla Zerafa,

il-Manager tal-Affarijiet Regolatorji fl-International Betting Integrity Association.

Flimkien mas-Sur Azzopardi, fuq il-panel kien hemm:

– Silvia Paleari – Kap tal-Affarijiet Korporattivi, International Betting Integrity Association (IBIA)

– Martha Brincat – Uffiċjal Kap Regolatorju, Malta Gaming Authority (MGA)

– John Nolan – Maniġer tal-Investigazzjonijiet, International Tennis Integrity Agency (ITIA)

– Richard Evina Engolo – Uffiċjal tal-Intelliġenza Kriminali, INTERPOL

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here