Real Madrid jinsabu kunfidenti li jirbħu t-taqtigħa għall-firma taż-żagħżugħ JJ Gabriel, ta’ 16-il sena, wara li laħqu ftehim verbali mal-attakkant ta’ Manchester United.
Gabriel ilu ma jirritorna mal-club Ingliż minn Settembru u qed jitħarreġ waħdu fi Spanja. Barcelona u Paris Saint-Germain kienu wkoll interessati fis-servizzi tiegħu, iżda Real Madrid qed jistennew li jiffirmaw lill-player f’Jannar.
Gabriel, li skorja hat-trick fid-debutt tiegħu fil-UEFA Youth League, kien ġie msemmi l-aqwa plejer tal-Premier League ta’ taħt it-18-il sena fl-istaġun li għadda, minkejja li dak iż-żmien kellu biss 14-il sena.
Manchester United xorta jkunu intitolati għal kumpens jekk il-player jitlaq.




