Ajax Amsterdam kitbu uffiċjalment lill-aġent ta’ Jordan Henderson fit-tentattiv li jiksbu s-servizzi tiegħu sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.
L-eks plejer ta’ Liverpool jinsab ferm imdejjaq jilgħab fl-Arabja Sawdija ma’ Al Ettifaq u jrid jitlaq minn dan il-pajjiż illum qabel għada.
Minkejja kollox, it-tim mill-belt kapitali Olandiża jrid jara biss kif se jħallas ċerti ċifri lil Henderson minħabba li hu jaqla’ paga ta’ barra minn hawn. Hu fatt magħruf li Ajax għandhom problemi finanzjarji u għalhekk id-diriġenti tal-klabb se jkellmu lill-plejer u jaslu fi ftehim dwar is-salarju tiegħu ġaladarba jaslu biex jakkwistawh.