Sean Zammit ta’ 31 sena mill-Gżira tressaq il-Qorti b’arrest fejn ġie akkużat b’serq ta’ helmet u anke li sar riċediv.
Hekk kif daħal fl-awla Zammit beda jgħid li jixtieq jagħmel programm biex jaqta l-vizzju tad-droga.
Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat ikkopera mal-investigaturi u anke skuża ruħu mill-ewwel li wettaq din is-serqa. Intqal li hu stess wera x-xewqa mal-pulizija li għandu bżonn għajnuna kbira.
Għall-ewwel deher li kien se jammetti, iżda imbgħad beda jaħsibha. Kien hawn li l-Maġistrat ordnat li jibqa’ jinżamm arrestat u jkollu ċ-ċans jiddeċiedi dwar jekk jammettix jew le.