Aktar ħidma għal aktar siġurtà fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Is-Sindku ta’ Belt Valletta, Olaf McKay, tenna l-impenn tiegħu biex ikompli jissaħħu s-sigurtà u l-ordni pubbliku fil-kapitali permezz ta’ kollaborazzjoni aktar mill-qrib mal-Korp tal-Pulizija u l-Community Police.

Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, McKay saħaq dwar l-importanza tal-ħidma konġunta bejn il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, il-Pulizija u l-uffiċjali tal-Community Police sabiex jinżammu l-ordni, is-sigurtà u r-rispett fil-komunità Beltija.

Huwa spjega li permezz tas-sistema ta’ network tal-kameras tas-sigurtà u ż-żieda fir-rondi tal-Pulizija, qed ikomplu jissaħħu l-infurzar u l-preżenza tal-awtoritajiet fit-toroq tal-Belt.

Is-Sindku rringrazzja lill-Korp tal-Pulizija, lill-Community Police u lill-Ministru Glen Bedingfield għall-ħidma u l-kollaborazzjoni kontinwa tagħhom.

McKay assigura li se jibqa’ jkun ta’ appoġġ għall-forzi tal-ordni u għall-inizjattivi li jikkontribwixxu għal ambjent aktar sigur għall-abitanti u għal dawk kollha li jżuru l-Belt Valletta.

Huwa temm billi tenna l-impenn tiegħu li jkompli jaħdem id f’id mal-awtoritajiet u l-komunità sabiex il-Belt Valletta tkun aktar sigura, aktar nadifa u b’aktar rispett lejn ir-residenti u l-komunità Beltija.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport