Bħalissa ninsabu fix-xhur tas-sajf u għalhekk bosta skejjel huma involuti fi Skolasajf. Din hija xhieda li l-ħidma tal-awtoritajiet ma waqfitx għall-vaganzi tas-sajf.
Ninnutaw kif għadd ta’ studenti se jibdew jattendu l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ SkolaSajf bit-tema “Reach for the Stars”, tema immirata li tinkoraġġixxi lit-tfal biex joħolmu bil-kbir, jippruvaw affarijiet ġodda u jemmnu fl-abbiltajiet tagħhom stess.
Naqblu li SkolaSajf hija parti mill-viżjoni u l-ħidma tal-Gvern biex is-sistema edukattiva tirrifletti r-realtajiet u l-bżonnijiet tas-soċjetà li qed ngħixu fiha, imma servizz li permezz tiegħu nrawmu lit-tfal minn età żgħira permezz ta’ tagħlim alternattiv li jgħinhom fil-ħajja futura tagħhom.
Qed jissaħħu wkoll l-livelli kollha tas-settur li jikkontribwixxu fit-tul biex jiġu indirizzati numru ta’ sfidi soċjali sa’ minn età żgħira. Dan qed isr biex jintlaħqu aktar tfal u sabiex jiġi ppromovutt-tagħlim anki barra l-ħin tal-iskola.
Huwa ta’ min ifaħħar ukoll illi f’dan il-perjodu fejn ma jkunx hemm lezzjonijiet fiżiċi, l-awtoritajiet edukattivi jaħtfu l-opportunità biex jirranġaw u fejn meħtieġ jagħtu manutenzjoni lill-iskejjel b’mod ġenerali. Dan biex jagħmluhom aktar siguri għall-istudenti tagħna u joffrulhom l-aħjar ambjent possibbli.
Għandna għax nifhmu li dawn l-investimenti se naraw aktar bħalhom fix-xhur li ġejjin, turija ta’ kemm il-Gvern tassew qiegħed jagħti prijorità lil dan il-qasam li fl-aħħar mill-aħħar jissarraf f’futur edukattiv aħjar għal uliedna u wlied uliedna.









