Monday, December 23, 2024

Aktar lokalitajiet bla dawl

Aqra wkoll

Wara ġurnata li fiha kien hemm diversi lokalitajiet bla dawl, jidher li llejla rega’ kien hemm xi problemi.

L-Enemalta ftit tal-ħin ilu qalet li “t-timijiet tekniċi tagħna għaddejjin b’ħidma biex jagħtu lura l-provvista tal-elettriku lil klijenti milqutin minn diffikultajiet fis-sistema tad-distribuzzjoni f’inhawi lokalizzati min-Naxxar, Ħaż-Żebbuġ, Santa Venera, u ż-Żurrieq.

Aktar minn 50 ħaddiema ta’ Enemalta qed jaħdmu biex jgħinu l-klijenti milquta’. Qed inżidu r-riżorsi biex inlestu t-tiswijiet neċessarji mill-aktar fis. Fejn teknikament possibbli, il-provvista tal-elettriku qed tingħata lura minn konnessjonijiet alternattivi.

F’partijiet oħra miż-żoni affettwati, il-provvista tal-elettriku tingħata lura hekk kif jitlestew it-tiswjiet meħtieġa.”

Ekonomija

Sport