Sunday, December 22, 2024

Aktar persuni jaħaru minn djarhom fl-Ukranja warra attakki mir-Russja

Aqra wkoll

Eluf ta’ persuni kellhom jaħarbu minn djarhom fiż-żona ta’ Kharkiv fl-Ukranja wara li l-forzi Russi intensifikaw l-attakki tagħhom fuq il-fruntiera.

Il-Gvern Ukren kien ilu ġimgħat jistenna li l-forzi Russi se jkunu qegħdin jintensifikaw l-attakki tagħhom hekk kif beda bil-mod il-mod dieħel is-Sajf. Kien hemm indikazzjoni li r-Russi kienu se jwettqu attakk kbir fuq Kharkiv li hija t-tieni l-akbar belt Ukrena.

Nhar is-Sibt li għadda l-Gvern Russu qal li kellu taħt il-kontroll tiegħu ħames villaġġi oħrajn qrib il-belt ta’ Vovchansk, iżda l-midja internazzjonali ma setgħetx tikkonferma dan hekk kif fl-istess villaġġi kien baqa’ preżenza qawwija ta’ forzi Ukreni.

Aktar minn 2,000 persuna ġew evekwati minn fejn intensifika l-ġlied u oħrajn ma ridux jitilqu minn djarhom.

Fosthom kien hemm anzjan bl-isem ta’ Serhii fejn qal li għal ebda raġuni ma kien se jitlaq minn daruu. Qal li jekk jiġi hekk hu kien se jitlef ir-razzett żgħir li kellu mad-dar u allura kien se jispiċċa bla ikel xejn.

Ekonomija

Sport