Rapporti persistenti qed jgħidu li l-UEFA qed tikkunsidra li tinkludi lit-tim mill-Arabja Sawdija Al Nassr fl-edizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun 2024/25.
Din l-idea, li ħafna sejħulha waħda esklussiva, ġiet wara li l-istess Al Nassr ipproponew li għandhom tim kompetittiv biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jikkompetu fuq livell Ewropew.
Minkejja kollox, ħafna semmew bosta dilemmi fosthom li din l-idea jista’ jkollha preċedent xejn sabiħ ġaladarba klabbs oħrajn minn kontinenti oħra jitħajru jagħmlu bħalhom.