Sunday, July 26, 2026
Home Sport Alejandro Balde se jibqa’ ma’ Barcelona

Alejandro Balde se jibqa’ ma’ Barcelona

0
101

L-aġent ta’ Alejandro Balde żvela għaliex dan il-plejer iddeċieda li jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Barcelona. Fil-fatt, l-aġent Jorge Mendes kellu diversi offerti għal dan il-plejer minn Spanja iżda fl-aħħar mill-aħħar iddeċieda li jibqa’ jilgħab f’Camp Nou.

Balde ilu mal-Katalani sa mis-sena 2021 fejn skorja gowl fi 73 partita. Hu jilgħab bħala difensur xellugi u qed ikun magħżul anke mit-tim nazzjonali Spanjol fejn deher seba’ darbiet s’issa.