Sunday, July 14, 2024

Aleksander Ceferin jesprimi s-sogħba tiegħu dwar l-atti traġiċi li seħħew f’Iżrael

Aqra wkoll

Il-President tal-UEFA, Aleksander Ceferin, esprima “sogħba profonda” dwar “l-atti traġiċi ta’ vjolenza” f’Iżrael.

Il-grupp militanti Palestinjan, Hamas, nieda sensiela ta’ attakki fuq il-pajjiż, fejn qatlu mijiet u ħadu aktar minn 150 persuna ostaġġi.

Ceferin tkellem dwar dan f’isem il-komunità tal-football Ewropew f’ittra mibgħuta liċ-chairman tal-FA Iżraeltia.

Il-partiti ta’ kwalifikazzjoni ta’ Iżrael għall-Euro 2024 kontra l-Isvizzera u kontra l-Kosovo ġew posposti. 

L-awtoritajiet Iżraeljani mhux se jħallu lit-team nazzjonali jivvjaġġa barra mill-pajjiż, u fiż-żmien li ġej se jitħabbru dati ġodda għal dawn il-logħbiet. 

Bi tweġiba għall-attakki mill-Ħamas, Iżrael nieda attakki mill-ajru fuq Gaża u b’mod immedjat waqqaf il-passaġġ ta’ ikel, ilma, fjuwil u mediċina fit-territorju.

“F’isem il-UEFA u l-komunità tal-football Ewropew, qed nikteb biex nesprimi s-sogħba profonda tagħna meta sirt naf dwar l-atti traġiċi ta’ vjolenza li seħħew il-ġimgħa li għaddiet f’Iżrael, li rriżultaw fit-telf ta’ ħajjiet innoċenti,” qal Ceferin fl-ittra tiegħu.

“Qalbi turi solidarjetá massima mal-vittmi kollha u l-familji tagħhom matul dawn iż-żminijiet diffiċli. Hija traġedja inkonċepibbli, u l-uġigħ u n-niket huma profondi u jolqtu l-komunità kollha tal-football.

“Nittamaw sinċerament li ħadd qatt ma jerġa’ jesperjenza niket bħal dan.”

Ekonomija

Sport