Alessia Cristina – atleta ewlenija ta’ Pembroke Athleta kellha prestazzjoni mill-aqwa fl-EAP Budapest Meeting fl-Ungerija.
Alessia spiċċat fit-tieni post fil-heat f’ħin ta’ 12.45 sek f’-0.3 wind u kisbet Personal Best ġdid fil-finali f’ħin ta’ 12.37 sek biex spiċċat fit-13-il post minn 55 sprinter.
Imbagħad kompliet biex spiċċat fit-tieni post fil-Heat ta’ 200m tagħha b’rekord staġjonali ġdid ta’ 25.70 sek (+0.6w).

