Gremio għandhom l-intenzjoni li jakkwistaw lill-midfielder offensiv ta’ Olympique Marseille Alexis Sanchez. Dan il-plejer Ċilen mistenni jkun is-sostitut ta’ Luis Suarez li mistenni jingħaqad ma’ Inter Miami.
Sanchez ġej minn staġun ferm interessanti ma’ Marseille fejn lagħab 44 partita, skorja 18-il gowl u wettaq tliet assists.
Sadanittant, l-aġent ta’ Sanchez jinsab il-Brażil sabiex jikkonkludi dan it-trasferiment.