Monday, May 13, 2024

Dusan Vlahovic fir-radar ta’ Real Madrid

Aqra wkoll

Real Madrid ikkuntattjaw lil Juventus fit-tentattiv li jiksbu s-servizzi tal-attakkant internazzjonali Serb Dusan Vlahovic. Dan tal-aħħar ilu sena u nofs mal-Bianconeri u għadu taħt kuntratt magħhom. Minkejja kollox, hu ferm fid-dubju għall-istaġun li ġej u huwa għalhekk li l-Madrileni se jippruvaw imorru għalih.

Saħansitra l-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti ċempel direttament lil Vlahovic fejn qallu li jixtiequ fit-tim tiegħu.

Real Madrid qed jaħsbu sabiex imorru għall-plejer fuq bażi ta’ self iżda Juventus iridu jbiegħu sabiex iġibu l-flus tiegħu.

Sport