Tuesday, May 14, 2024

Ange Postecoglou jrid jeħles mit-trasferiment ta’ Harry Kane

Aqra wkoll

Meta kien qed jitkellem ftit jiem qabel il-mawra tagħhom lejn it-Tajlandja, il-kowċ ta’ Tottenham Hotspur Ange Postecoglou appella lid-diriġenti tal-klabb sabiex ilestu kemm jista’ jkun malajr is-sitwazzjoni mal-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane għax din taf iġġib inċertezza ‘l quddiem.

L-attakkant internazzjonali Ingliż qed jiġi segwit minn Bayern Munich għalkemm anke Real Madrid, Paris St Germain u Barcellona qed jippruvaw jattirawh lejhom.

Postecoglou qal li mhux trankwill jikkowċja lil xi ħadd li wara kollox se jitlaq lill-klabb u appella sabiex dan it-trasferiment isir illum qabel għada.

Sport