Tuesday, May 14, 2024

Għawm dinji: Leon Marchand jikser ir-rekord ta’ Michael Phelps fl-400m medley

Aqra wkoll

Fl-ewwel jum tal-Kampjonati Dinjija Akwatiċi li qed isiru fil-Ġappun, iż-żagħżugħ Franċiż, Leon Marchand, ipproduċa prestazzjoni brillanti biex kiser ir-rekord tal-400 metru medley individwali tal-Amerikan, Michael Phelps.

Il-marka ta’ Phelps ta’ 4:03.84 stabbilita fl-Olimpjadi ta’ Beijing tal-2008 kienet l-aħħar rekord dinji individwali li baqa’ tiegħu iżda issa waqa’ f’idejn Marchand ta’ 21 sena li beda mill-aqwa u rreġistra 4:02.50 biex għeleb lil Carson Foster li rebaħ il-fidda.

“Qed ngħix ħolma. Għadni ma nistax nemmen.  Kienet tal-għaġeb li nagħmel dan ir-rekord f’dawn il-kampjonati,”qal Marchand, li huwa mħarreġ mill-eks coach ta’ Phelps Bob Bowman.

Sport