Friday, April 26, 2024

Alleat ta’ Putin jisħaq li r-Russi għandhom jużaw l-armi nukleari mingħajr telf ta’ żmien

Aqra wkoll

Ramzan Kadyrov, wieħed mill-alleati ta’ Vladimir Putin qiegħed jissuġġerixxi li r-Russi m’għandhomx triq oħra għajr li jużaw l-armamenti nukleari.

Huwa ssuġġerixxa li r-Russi għandhom jużaw kull opportunità u kull arma neċessarja biex jiddefendu t-territorju. Żied jgħid li fl-opinjoni tiegħu hemm bżonn ta’ miżuri iżjed drastiċi li jeħtieġ li jittieħdu biex ir-Russja tieħu pożizzjoni aktar b’saħħitha f’din il-gwerra.

Il-kummenti ta’ Kadyrov isegwu aħbar pożittiva għall-Ukreni li fl-aħħar sigħat madwar 5,000 suldat Russu kellhom jaħarbu minn Lyman minħabba li sfaw iċċirkondati minn offensiva ferm b’saħħitha mit-truppi Ukreni.

Il-Ministru għad-Difiża Russu kkonferma li mal-5,000 suldat ħallew Lyman.

Fil-kummenti tiegħu, Kadyrov xeħet il-ħtija fuq il-kmandant Alexander Lapin li kien qiegħed imexxi lit-truppi Russi u qal li huwa ma pprovdiex il-komunikazzjoni, l-interazzjoni u lanqas l-ammunizzjoni li kien hemm bżonn.

Sport