Jack Grealish allegatament qatta’ żewġt iljieli konsekuttivi jiddeverti f’Londra u f’Cheshire, ftit jiem qabel tħalla barra mill-iskwadra ta’ Everton minħabba kwistjoni dixxiplinarja.
Skont rapport fil-ġurnal The Sun, l-internazzjonali Ingliż attenda l-Pride of Britain Awards, qabel ma mar f’bar tal-karaoke f’Londra fejn baqa’ sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu.
L-għada kompla jiddeverti ma’ sħabu f’pub f’Cheshire, kif ukoll żar post fejn jintlagħab il-bowling. L-episodji seħħew fid-19 u fl-20 ta’ Ottubru.
Minkejja dan, Grealish attenda għat-taħriġ ta’ Everton l-għada.




