Allegatament John Cassar kien taħt l-influwenza tad-droga

...l-allegat aggressur li wettaq l-omiċidju fl-Imqabba jidaħħal l-Isptar

Aqra wkoll

Hekk kif il-pulizija kompliet bl-investigazzjonijiet tagħha wara li nqatlet Mary Grace Cassar ta’ 72 u żewġha Ġanni Cassar ta’ 74 sena jinsab f’qagħda stabbli l-isptar, sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li allegatament John Cassar, iben il-vittmi meta wettaq dan kollu kien taħt l-influwenza tad-droga.

Cassar mistenni jitressaq il-qorti fis-sigħat li ġejjin fejn se jkun akkużat bill-qtil ta’ ommu u bl-attentat ta’ qtil ta’ missieru.

Sorsi li tkellmu magħna qalulna li Cassar wara li ġie arrestat kellu jiddaħlu l-Isptar Mater Dei minħabba l-kundizzjoni tiegħu fost l-oħrajn minħabba li allegatament kien ħa ammont kbir ta’ droga kokaina.

Jirriżulta li minkejja li l-pulizija komplew bl-investigazzjonijiet tagħhom, ma setgħux jitkellmu mal-allegat aggressur minħabba l-istat li kien fih.

Kien nhar il-Ħamis għall-ħabta tat-2.45am meta l-pulizija ġew mitlubin biex jassistu f’residenza fi Triq Valletta, l-Imqabba b’rabta ma’ argument familjari.

Minnufih l-uffiċjali rrikorrew fuq il-post fejn sabu anzjan fuq barra tad-dar bi ġrieħi f’sidru permezz ta’ arma li taqta u bil-ponta. 

Il-Pulizija wettqet tfittxija fir-residenza u kif l-uffiċjali telgħu fis-sular ta’ fuq, fil-kċina, sabu mara bla ħajja b’diversi feriti f’ġisimha. Hija nstabet mejta fil-kċina.

Il-Maġistrat Dr Renata Farrugia LL.D ħatret inkjesta filwaqt li l- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport