Ikompli s-Summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussell

Aqra wkoll

Dalgħodu kompla s-Summit tal-Kunsill Ewropew li qiegħed jitlaqqa’ fi Brussell li għalih qiegħed jattendi l-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-mexxejja tal-istati membri.

Ukoll għal dan is-summit qiegħed jattendu l-President Ukren Volodymr Zelensky.

F’kummenti li ta wara li ntemm l-ewwel jum tas-Summit, il-Prim Ministru Robert Abela qal li kien hemm negozjati li għaddejjin għall-baġit Ewropew li jmiss dak ta’ bejn l-2028 u l-2034. Dan wara laqgħa li saret bejn 17-il stat membru, dik tal-‘Friends of Cohesion.’

“Dak li qbilna dalgħodu, li niżġuraw li l-pakkett iddedikat għall-politika ta’ koeżjoni fil-Multiannual Financial Framework, ikun wieħed b’saħħtu, ikun wieħed robust, ikun wieħed li jippermetti l-istati membri kollha, minkejja d-daqs tagħhom jew minkejja r-realtajiet speċifiċi tagħhom, li jistgħu jkomplu jipprogressaw ’il quddiem u għalhekk ftehmna filwaqt ottimist nibqgħu nittamaw li l-baġit jingħalaq sa Diċembru li ġej għas-snin 2028 – 2034, imma fuq kollox dan irid isir bla ma tiġi ppreġudikata din il-politika tant importanti, il-cohesion policy, li għalina u dan il-grupp ta’ stati membri hija intimament marbuta mal-kompettività. 

Il-koeżjoni mhijiex politika tal-passat, imma hija politika marbuta mas-Suq Waħdieni Ewropew, mal-kompettitività tad-diversi stati membri u allura hemmhekk ċertament ħa nkunu qegħdin nagħmlu l-argument li l-envelope ta’ dan il-pakkett ikun wieħed solidu,” qal l-Prim Ministru Robert Abela

Dr Abela tkellem ukoll dwar l-isfidi għall-kompettività Ewropea inkluż dwar il-prezzijiet tal-enerġija. Hawnhekk semma r-realtà ta’ pajjiżna li apparti s-sussidji qawwija li qed jingħataw, l-uniku pajjiż Ewropew li qed jagħmel dan, qed ikun żġurat li l-provvista tasal kull xahrejn f’pajjiżna.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport