Francis Kaufmann, ta’ 46 sena, ċittadin Amerikan ġie kkundannat għomru l-ħabs wara li f’Ruma instab ħati li qatel lil bintu u lis-sieħha tiegħu li tiġi omm it-tifla.
Il-każ kellu l-bidu tiegħu f’Ġunju tal-2025 meta l-Pulizija Taljana kienu sabu tifla żgħira u mara għarwenin f’għalqa ftit ‘il barra minn Ruma.
Mill-ewwel bdiet investigazzjoni dwar dan il-każ u ġie stabbilit li l-ħati pprova jaħrab lejn il-Greċja, iżda ġie arrestat qabel ma telaq.
Waqt il-proċess ġudizjarju, id-difiża dejjem argumentat li l-klijent tagħhom mhux kapaċi jgħaddi ġuri minħabba l-istat mentali tiegħu.
Iżda l-Qorti dejjem ċaħdem dan anke permezz ta’ rapporti ta’ esperti u l-proċess baqa’ għaddej sakemm fl-aħħar jiem ġie kkundannat għomru l-ħabs.




