Wednesday, March 27, 2024

Andrea Sottil sorpriż bid-deċiżjonijiet ta’ Mancini

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Udinese Andrea Sottil f’konferenza stampa li ta wara l-partita kontra Inter qal li jinsab ferm sorpriż li ż-żewġ players fl-iskwadra tiegħu, il-goalkeeper Marco Silvestri u l-winger Iyenoma Destiny Udogie ma ġewx imsejħa mill-coach tat-team nazzjonali Taljan Roberto Mancini għall-impenji li għandhom fil-UEFA Nations League.

Sottil qal li filwaqt li għandu rispett kbir lejn il-coach veteran Taljan, xorta waħda sostna li dawn iż-żewġ players kienu qed jilagħbu verament tajjeb u kien ħaqqhom li jiġu mgħajjta biex jirrappreżentaw lil pajjiżhom.

Ekonomija

Sport