Tuesday, March 26, 2024

Hedded lill-eks sieħba li se jippubblika ritratti indiċenti tagħha

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Birgu ammetta li hedded li jippubblika ritratti indiċenti tal-eks sieħba tiegħu jekk hija ċċaħdu mill-aċċess għal binhom.

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit fejn ammetta wkoll b’użu ħażin ta’ tagħmir elettroniku ta’ telekomunikazzjoni u li sar reċediv.

Il-Maġistrat Stafrace Zammit, waqt li sabitu ħati, ikkundannatu sena ħabs sospiża għal sentejn u ordnatlu jħallas multa ta’ €100. 

Ġiet imposta wkoll ordni ta’ trażżin għal sentejn, li tipprojbixxih milli javviċina jew isegwi l-movimenti tal-eks sieħba tiegħu bl-intenzjoni li jiffastidjaha jew jimmolestaha. 

“Tista’ tikkuntatjaha biss dwar ibnek,” wissietu l-Maġistrat.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit filwaqt li l-Avukat Alfred Abela deher għaż-żagħżugħ. 

Ekonomija

Sport