Tuesday, May 14, 2024

Andrew Tate arrestat fir-Rumanija b’rabta ma’ traffikar ta’ bnedmin u stupru

Aqra wkoll

Andrew Tate flimkien ma’ ħuħ Tristan Tate ġew arrestati fir-Rumanija. Dan kollu seħħ wara li saret investigazzjoni minħabba stupru u traffikar tal-bnedmin. Ir-rejd sar f’darhom fir-Rumanija, fejn hemmhekk stess huma ġew arrestati.

Andrew Tate, li huwa eks kickboxer, deher diversi drabi jattakka n-nisa. Infatti Twitter kien għalaqlu l-profil, wara li darba minnhom kiteb li mara għandha terfa’ r-responsabilità tagħha meta tiġi stuprata.

Hemm diversi rapporti li qegħdin jgħidu li l-aħwa Tate ħolqu grupp ta’ kriminalità flimkien ma’ żewġ persuni Rumeni. Intqal li l-iskop ewlieni ta’ dan il-grupp alegatament kien biex iġiegħlu lin-nisa joħolqu filmati pornografiċi, sabiex b’hekk huma jtellawh fuq is-sit tagħhom. Permezz t’hekk huma jkunu qegħdin jagħmlu qliegħ minnhom.

L-investigazzjoni bdiet April li għadda u l-erba’ suspettati ilhom minn dakinhar jiġu investigati.

Sport