Grupp ta’ persuni heddew lill-attakkant veteran Arġentin Angel di Maria li joqtluh jekk iffettilu jiġi jilgħab ma’ Rosario Central f’pajjiżu stess. Fil-fatt, l-eks attakkant ta’ Paris St Germain, Manchester United u Real Madrid sab messaġġ quddiem il-bieb tad-dar tiegħu fejn jgħid li jekk hu jiġi lura l-Arġentina ħa jsib lil xi ħadd lest biex jisparalu.
Filwaqt li l-familja Di Maria għamlet rapport lill-pulizija, il-kollega tiegħu Rodrigo De Paul ra lil Di Maria mifxul u mbikkem fi tmiem il-konfront li l-Arġentina lagħbu kontra l-Kosta Rika u li rebħu bl-iskor ta’ 3-1. Ironikament Di Maria fetaħ l-iskor fil-31 minuta sabiex witta t-triq għar-rebħa tat-tim Sudamerikan.