Monday, April 29, 2024

Angel Di Maria se jitlaq lil Benfica?

Aqra wkoll

Diversi ġurnali Portugiżi qed jispekulaw dwar il-futur tal-midfielder offensiv ta’ Benfica Angel Di Maria.

Il-plejer Arġentin għandu 36 sena u qed jiġi attirat minn offerta tajba li qed jagħmlulu l-eks klabb tiegħu Rosario Central. L-eks plejer ta’ Juventus, Paris St Germain u Manchester United beda l-karriera tiegħu proprju ma’ dan il-klabb u għalhekk hemm possibbilta’ li jħalli l-Portugall sabiex imur jilgħab f’pajjiżu.

Mistoqsi dwar dawn l-ispekulazzjonijiet, Di Maria qal li bħalissa hu ffukat fuq l-istaġun ta’ Benfica u fl-aħħar ta’ Ġunju jkollu l-affarijiet aktar ċari.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport