Monday, April 29, 2024

Erik ten Hag kunfidenti li se jibqa’ kowċ ta’ Manchester United

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Manchester United Erik Ten Hag kien qed jitkellem mal-ġurnalisti wara l-logħba tal-bieraħ kontra Bournemouth speċjalment wara li huma bdew isaqsuh fuq il-futur tiegħu.

L-eks kowċ ta’ Ajax Amsterdam qal li t-tluq tad-direttur sportiv John Murtough mhux se jeffettwa l-pjanijiet tiegħu fil-futur u konvint li l-klabb se jżommu anke għall-istaġun li ġej.

Ten Hag qal li għandu fiduċja fit-tmexxija l-ġdida tal-klabb u fuq kollox faħħar l-operat ta’ Manchester United.

Minkejja kollox, hemm diversi spekulazzjonijiet li qed jgħidu li l-futur ta’ Ten Hag mar-Red Devils jinsab imdendel.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport