Sunday, September 8, 2024

Angelino b’self ma’ Roma

Aqra wkoll

AS Roma akkwistaw is-servizzi tal-winger xellugi Spanjol Jose Angel Tasende magħruf aħjar bħala Angelino. Hu għandu 26 sena u dan l-aħħar kien qed jilgħab ma’ Galatasaray u li tilef postu minħabba kompetizzjoni aktar fir-rwol tiegħu. Kif xamm dan kollu, Angelino talab trasferiment u b’xi mod ġie kkuntentat.

Sadanittant il-plejer hu proprjeta’ ta’ RB Leipzig għalkemm f’dawn l-aħħar snin dejjem kien qed jilgħab fuq bażi ta’ self mhux biss ma’ Galatasaray iżda wkoll ma’ Hoffenheim

Il-kowċ ta’ Roma Daniele de Rossi laqa’ lil Angelino u qal li l-akkwist tiegħu hu ferm importanti.

Ekonomija

Sport