Wednesday, July 24, 2024

Olympique Lyon fi kriżi kbira

Aqra wkoll

Olympique Lyon għaddejjin minn wieħed mill-agħar mumenti fl-istorja tagħhom hekk kif jinsabu t-tielet mill-aħħar fil-klassifika tal-Ligue 1 Franċiża. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet huma tilfu f’darhom kontra Rennes 3-2 sabiex baqgħu jissieltu biex ma jaqgħux.

Bosta partitarji tal-klabb bdew isaffru lill-plejers tagħhom stess u nħolqot tensjoni liema bħalha f’mument minnhom.

Minkejja kollox, is-sid Amerikan tal-klabb John Textor ċaħad li t-tim se jaqa’ u jinsab ottimist li kollox jiġi lura għan-normal.

Bosta qed isostnu li Textor jinsab maqtugħ mir-realta’ u ftit jimpurtah mill-interessi tal-klabb.

Ekonomija

Sport