Wednesday, July 24, 2024

Anthea Cutajar tispikka fil-kampjonat Franċiż tat-table tennis

Aqra wkoll

Il-plejer tat-table tennis Anthea Cutajar spikkat fid-debutt tagħha fil-kampjonat Franċiż tat-table tennis tat-tieni diviżjoni ma’ Uljap Rocq hekk kif rebħet l-ewwel tliet logħbiet li lagħbet.

Cutajar, li għandha 18-il sena, ingħaqdet ma’ dan it-tim Franċiż fil-bidu ta’ dan l-istaġun u diġa’ bdiet turi l-potenzjal tagħha mhux ħażin.

Fil-fatt, Uljap Rocq rebħu lil Montjean Laval FA 8-3 b’Cutajar tispikka fost kulħadd.

Cutajar rebħet il-logħbiet tagħha individwali 3-0 kontra Caroline Daguet u 3-2 kontra Maina Machard.

Fid-doubles, hi kompliet bil-forma eċċezzjonali tagħha wara li flimkien ma’ Lea Vandamme għelbu lill-koppja Emeline Pottier u Caroline Daguet 3-0.

Id-diriġenti ta’ Uljap Rocq faħħru l-wirja ta’ Cutajar u saħqu li dan l-akkwist se jsaħħilhom lit-tim.

Ekonomija

Sport